Il-Gvern u l-assoċjazzjonijiet tal-isport tar-rugby u l-klabb tal-futbol tal-Hibernians FC illum iffirmaw ftehim li dan se jwassal biex pajjiżna jkollu kumpless tal-futbol u tar-rugby.
Dan il-kumpless se jkun possibbli permezz ta’ investiment ta’ €2.2 miljun fuq art li kienet tal-Hibernians li ma kinitx qed tintuża.
Il-grawnd se jkun qed jesa’ mal-500 spettatur u se jkun aċċessibbli għal kulħadd. Kemm membri mill-klabb tal-futbol tal-Hibernians FC u kif ukoll mill-assoċjazzjoni tar-rugby f’Malta esprimew is-sodisfazzjoni għall-proġett li se jkun qed iwassal biex il-logħob jintlagħab fl-ogħla livell u jattira timijiet internazzjonali li jiġi għat-taħriġ u għal-leagues f’pajjiżna.