Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena l-korporazzjoni Malta Enterprise approvat 45 proġett b’investiment li jlaħħaq il-€170 miljun, bil-prospett li jinħolqu tmien mitt impjieg ġdid.
Sostna dan il-Ministru għall-ekonomija Chris Cardona matul żjara li għamel fil-kumpanija Trelleborg li tħaddem aktar minn ħames mitt ħaddiem.
Dawn jinkludu erbgħa proġetti b’investiment dirett barrani, inkluż il-proġett ta’ Crane Currency kif ukoll numru ta’ proġetti lokali.
Fi kliem il-Ministru, dan l-investiment se jkun qed iwassal biex fil-baġit għas-sena 2017, isiru aktar passi importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tnaqqis fil-proċessi burokratiċi biex ikun hemm inqas xkiel għan-negożju u jitħaffef il-proċess biex wieħed jiftaħ negozju f’pajjiżna.