Investiment ta’ €2.1 miljun se jissarraf f’taħriġ specjalizzat lil 13-il professjonist fil-qasam tas-saħħa.
Tliet persuni se jitħarrġu fil-genetic counselling – li huwa kunċett kompletament ġdid għal pajjiżna, filwaqt li l-oħrajn se jispecjalizzaw fl-għajnejn.
Ilkoll se jintbagħtu għal taħriġ fl-Ingilterra f’Universitajiet f’Londra, f’Cardiff u f’Sheffield għal perjodu ta’ 3 snin.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet, li spjega kif dan l-investiment qed isir bħala parti minn viżjoni sostenibbli ta’ pjan li qed jinħadem għall-istrateġija nazzjonali tas-saħħa – li se tkopri s-snin bejn l-2020 u l-2030.
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet hija miftuħa u tagħlaq fl-10 t’Awwissu.