Il-kumpanija Seifert se tkun qed tinvesti €3 miljuni fejn €1.6 miljun se jkun investit f’apparat ul-kumplament investit f’faċilità addizzjonali f’Ħal Far. Il-kumpanija, fil-ġimgħat li ġejjin, se tkun qed iżżid ukoll l-impjegati fejn minn 200 ħaddiem se jkun qed ikollha 250.
Dan intqal dalgħodu waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona.
Fid-diskors tiegħu d-Direttur tal-kumpanija, Mickel Seifert, faħħar l-impenn u s-sapport kontinwu tal-Gvern b’mod partikolari fejn tidħol għajnuna għal espanzjoni u tenna li matul dawn l-aħħar erba’ snin, il-kumpanija investiet iktar minn €4.5 miljun.