Ġie inawgurat investiment ta’ €1,290,000 f’simulatur teknoloġiku li se jgħolli l-livell tat-taħriġ tal-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Is-simulatur jista’ jiġi pprogrammat għal xenarji differenti li s-suldati jseffqu wiċċhom magħhom u se jgħinhom fit-taħriġ fl-isparar.
Il-fokus tal-proġett mhuwiex biss simulatur li jaħdem għal-lum, iżda wkoll investiment li se jaħdem b’mod effettiv u jadatta għall-ħtiġijiet li jinbidlu mas-snin. Il-ħtiġijiet tat-taħriġ tal-FAM jibqgħu jevolvu u b’hekk sistema bħal din issaħħaħ l-effettività u l-kompetenza.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, qal li investiment bħal dan jipprepara lis-suldati biex ikunu ppreparati f’operazzjonijiet meqjusa speċjali jew delikati.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, Clinton O’Neill. Huwa qal li, permezz ta’ proġett bħal dan, il-Forzi Armati ta’ Malta qegħda tikkommetti ruħha favur aktar teknoloġija moderna.