Madwar mitejn u għaxar familji li jgħixu f’postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali se jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ aktar minn miljun u tlett mitt elf ewro f’xogħlijiet ta’ manuntezjoni li se jsiru f’oqsma tad-djar fis-Siġġiewi, f’Birkirkara u San Ġwann.
Din hija wegħda elettorali oħra tal-Gvern li qed titwettaq f’inqas minn sena. Dan bil-għan li x-xogħlijiet li jikkonsistu f’tibjid, tikħil, xogħolijiet fuq il-bjut u tisbiħ fil-faċċati, ser jagħtu dehra kif ukoll nifs ġdid lill-numru ta’ djar f’akkomodazzjoni soċjali; li minnhom ser jitgawdew mir-residenti kollha.
Dawn ix-xogħolijiet jagħmlu parti mill-miżura li ġiet introdotta fil-budget li għadda, fejn tul dawn l-aħħar tlettin sena, l-Gvern alloka l-akbar ammont ta’ investiment fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali. Dwar Dan tkellimna mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes:
Dan huwa wieħed mill-akbar investimenti li qatt sar fil-manutenzjoni tal-housing estates. Il-programm huwa li kull blokka tal-gvern ser ikunu qed jiġu indukrati u mantnuti permezz ta’ dan il-programm.