Aktar minn 3,500,000 ewro ġew investiti fi proġetti mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fl-aħħar sena u nofs.
Wieħed minn dawn il-proġett li għaddej ix-xogħol fuqhom huwa, ir-riġenerazzjoni tal-ġnien fl-inħawi ta’ Għar Lapsi s-Siġġiewi.
Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol stajna naraw ix-xogħol ta’ tisbiħ li għaddej fuq dan il-ġnien b’investiment ta’ 210,000 ewro.
F’dawn il-jiem tas-sajf, bosta Siġġiewin u Maltin jerħulha lejn Għar Lapsi…. min biex jgħum, oħrajn biex jistadu u bosta oħrajn fosthom turisti biex sempliċement jgħaddu ftit tal-ħin għall-kwiet u jgawdu s-sbuħija ta’ dawn l-inħawi pittorestki b’mod partikolai l-vedua tal-gżira ċkejkna ta’ Filfla.
Għaldaqstant, il-kunsill Lokali tas-Siġġiewi bil-għajnuna tal-Gvern ħass li għandha tiġi rriġenerata din iż-żona sabiex toffri ambjent isbaħ.
Il-ġnien se jkun mgħammar b’faċilitajiet għall-familja kollha, fosthom bandli, bankijiet u se jkun hemm żona fejn isiru l-BBQs. Se tiġi installata wkoll installazzjoni artistika.Id-Direttur responsabbli mix-xogħlijiet tal-proġett Pawlu Cini spjega x-xogħol li qiegħed isir mill-ħaddiema tal-Gvern.
Cini qalilna li “Qabel ma kien hemm xejn qabel li qiegħda tara huwa kollu xogħol ġdid. Tajna kas għal persuni b’diżabilità li jkun aċċessibbli. Ha ssir ukoll rampa. Parti minnha inkludejna 5 a side football“.
Is-sindku tas-Siġġiewi Kurstein Sant spjega kif dan il-proġett se joffri aktar postijiet ta’ rikreazzjoni għar-residenti Siġġiewin u dawk kollha li jżuru din iż-żona.
Hu qalilna li “Ħajja aħjar lir-residenti tas-Siġġiewi. Nieħdu pjaċir naraw dan il-proġett u residenti jqattghu l-ħin tagħhom ta’ mistrieħ”.
Il-Ministru għall-Infrastruttura u proġetti kapitali Ian Borg tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-proġett f’din iż-żona li tħalliet fi stat ta’ abbandun minn kunsill preċedenti.
Il-Ministru Borg stqarr li “Proġett bħal dan għandek spazju miftuħ għax tħalla abbandunat minn Kunsill Nazzjonalista. Pjana u bdejna nimplimentaw flimkien mal-kunsill. Irid naraw li spazji bħal dan ikomplu jkunu f’aktar lokalitajiet”.