Is-Segretarju Parlamentari għall-biedja, sajd u drittijiet tal-annimali, Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, Aaron Farrugia, iħabbru investiment ta’ 6.6 miljun ewro li ser jiffaċilitaw il-ħajja ta’ diversi bdiewa kif ukoll ta’ numru ta’ kunsilli lokali filwaqt li jilħaq miri agrikoli.
Dawn is-6 miljuni ser jinqasmu f’żewġ miżuri importanti u essenzjali sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet, l-infrastruttura u l-opportunitajiet li għandhom il-bdiewa sabiex jwettqu l-attività tagħhom.
B’permezz tal-ewwel miżura, ser tingħata l-għajnuna sabiex il-kunsilli lokali u entitajiet oħra jkunu jistgħu jimplimentaw proġetti li permezz tagħhom jitjieb l-aċċess għar-raba’ u attivitajiet oħra agrikoli. Dan bil-għan li jitranġaw numru ta’ toroq li jagħtu aċċess għal numru t’għelieqi madwar Malta u Għawdex. L-għajnuna tammonta għal 5.7 miljun u ser jibbenifikaw 17 -il kunsill lokali u 1,443 b’mod indirettament.
It-tieni miżura ser tikkonsisti minn restawr tal-ħabitat u l-pajsaġġi, il-konservazzjoni tal-ħamrija u l-immaniġġjar tal-ilma u b’hekk il-bdiewa jingħataw għajnuna finanzjarja biex jibnu u jirrestawraw il-ħitan tas-sejjieħ qiegħda tkun indirizzata b’din il-miżura. L-għajnuna għal din il-miżura tammonta għal € 914,000 u ser jibbenifikaw 18 -il bidwi.
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, stqarr li hu ser jibqa’ jagħmel l-almu tiegħu sabiex jitjieb dan is-settur filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia, saħaq li l-kunsilli lokali huma prijorità għall-Gvern u insisti li dawn il-miżuri huma essenzjali sabiex jiffaċilitaw l-operat tal-bdiewa u r-raħħala Maltin.