Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li kif matul is-sena li ġejja, se jkunu qed jibdew ix-xogħlijiet fuq it-Triq l-Imġarr, li min-Nadur tibqa’ nieżla għall-port u t-triq li mir-Rabat twaslek għal Marsalforn.
Il-Ministru Scicluna qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu inawgurati r-Research and Innovation Hub ġewwa x-Xewkija u l-Barts Medical School.
Huwa qal li se jkun hemm Ċentru l-ġdid tas-Saħħa, Dar San Ġużepp u se jitlesta l-proġett fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħofra.
Tħabbar ukoll li se jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-Park and Ride.
Filwaqt li se jkomplu jsiru proġetti li jsebbħu l-bajjiet ta’ Marsalforn u x-Xlendi, filwaqt li Pjazza San Franġisk u l-Pjazza ġewwa Sannat.
Il-Ministru Scicluna ħabbar li se jkomplu jsiru 33 triq u se jibdew ħdax-il triq oħra. Dawn it-toroq se jsiru b’investiment ta’ €10 miljun ewro.
Se tkun qed isirt smart parking u bdil tal-vetturi tal-Gvern għal dawk elettriċi.
Il-Ministru Scicluna ħabbar li se jitkomplu jsiru l-festivals tematiċi li se jitkomplew jaraw lil Għawdex mimlija bl-attività.