B’investiment privat ta’ madwar tletin miljun ewro, fil-bajja tal-Balluta issa hemm tħares lukanda lussuża u ġdida li ħadet post dik li kien hemm qabilha. Il-lukanda ta’ ħames stilel ġdida ngħaqdet mal-kullana internazzjonali Marriot.
Fil-fatt din hija l-ewwel lukanda f’pajjiżna li ġġib l-isem ta’ din il-kullana ta’ lukandi rinomati mal-erba’ t’irjieħ tad-dinja.
Alex Incorvaja, manager f’din il-lukanda li fetħet il-bibien tagħha, nhar it-Tnejn li għadda, qal li l-investiment li sar issarraf f’lukanda li toffri faċilitajiet mill-aqwa għat-turisti li f’pajjiżna jiġu wkoll biex ifittxu servizz ta’ kwalità.
“The hotel closed in October of last year so after a few months of a thirty million euro innovation we saw that the hotel was totally renovated with its existing bed rooms and facilities we added 25 rooms and representation path and the executive lounge the m club which we are standing here today.”
B’veduta mill-isbaħ tal-Bajja tal-Balluta, il-lukanda Marriott se tkun attrazzjoni sabiħa u qed tgħolli l-prodott turistiku Malti.
“We have a total of 301 rooms we got 5 restaurants and three bars including the villa that is historic property overlooking Ballutta Bay, meeting and conference facilities so the meetings are very important for us, and last and not least the spa”
“B’aktar minn 500 lukanda u restoranti f’65 pajjiż madwar id-dinja, din il-kullana ġganteska tal-Marriott għażlet anki lil Malta biex tkabbar l-operat tagħha”, saħaq is-Sur Incorvaja.
Spjega li kull ma jmur, is-suq turistiku f’Malta qed jiġbed lejh aktar turisti li jonfqu.
“The market in Malta has proven very bold over the years, we continue to attract more tourist every year, higher spending tourist.”
Is-Sur Incorvaja għalaq l-intervista fl-isfond taċ-ċifri sbieħ li pajjiżna qed jikseb fit-turiżmu u qal li jħares ‘il quddiem biex il-lukanda li ġiet rinovata fuq medda ta’ ħmistax-il xahar tiġbed lejha persuni li jkomplu jagħmlu reklam tajjeb għal gżiritna