Fil-Budget għas-sena d-dieħla tħabbar investiment massiċċ f’faċilitajiet sportivi ta’ dixxiplini differenti.
Fost l-oħrajn ser isir investiment fil-kumpless tal-Marsa, pixxina f’Bormla, pitch tal-waterpolo f’Wied il-Għajn, il-Belt u Marsaxlokk u grawnd tal-futbol għall-klabb ta’ Imsida St. Joseph.
Tħabbar ukoll li Sport Malta ser tinvesti wkoll f’rowing tank nazzjonali għad-dilettanti tal-qdif.
Fil-qasam sportiv ser ikun qed isir investiment kbir ukoll fil-gżira Għawdxija hekk kif bit-tkomplija tax-xogħol fiċ-Ċentru Akwatiku u Sportiv, l-Għawdxin ser igawdu minn pixxina ta’ livell Olimpiku kif ukoll padiljun sportiv ġdid fil-qalba tar-Rabat, Għawdex.
Ġie nnutat ukoll il-pjan tat-trakka varat għal motorsport b’investiment ta’ €20 miljun, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Motorsport.