Il-Grupp Palumbo investa €11-il miljun billi xtara tarzna f’Ancona, l-Italja. Din it-tarzna hija mimlija dejn iżda bl-investiment Malti mistennija tirkupram filwaqt li l-kumpanija Maltija tkun tsita’ tittrippla l-kostruzzjoni ta’ jottijiet kbar.
B’hekk il-grupp, li għandu t-tarnza f’Bormla, espanda l-portafoll tiegħu u issa għandu tarzna f’Ancona, Napli, Marsilja, u Tenerife.
Fi stqarrija l-grupp Palumbo qal li se jżomm l-impjegati kollha tat-tarzna f’Ancona, ċioe 101 ħaddiem. L-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema u għalhekk il-livell ta’ għixien tal-familji tagħhom kienu imminati għal xhur twal. Dan l-investiment se jippermetti lil Malta tkun aktar kompettitiva fil-konfront ta’ tarzni kbar fit-tramuntana tal-Ewropa.