Microsoft Malta, flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, llum ħabbru proġett ġdid li kien jinvolvi l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ Wi-Fi f’36 skola madwar Malta u Għawdex. Għall-bidu, dan l-investiment kien se jkopri l-iskejjel pubbliċi iżda saru arranġamenti biex dan l-investiment seta’ jkun estiż ukoll fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.
Il-proġett twettaq mill-iSkype Communication Team ta’ Microsoft li ġew Mala matul l-aħħar xhur biex jaħdmu fuq dan il-proġett u jsaħħu l-infrastruttu fil-klassijiet ta’ 36 skola.
B’ dan l-investiment saru 240 access point, twaħħal l-apparat li jissaportja in-network fosthom routers u switches u saret l-installazzjoni. Barra minhekk, Microsoft se tkun qed tipprovi wkoll iżjed software, monitoring, manutenzjoni u għajnuna marbut ma’ dawn is-sistemi għat-tlett snin li ġejjin. Wara dan il-perjodu l-immaniġġjar kollu se jkun mgħoddi lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Fid-diskors tiegħu waqt it-tnedija tal-proġett ġewwa l-iskola ta’ St Catherine’s f’Pembroke, il-Country Manager ta’ Microsoft f’Malta, Panayiotis Loannou stqarr li Microsoft hija kuntenta ħafna li reġa’ kellha l-opportunita li taħdem mal-Gvern Malti li għandu fil-viżjoni tiegħu li jkompli jsaħħaħ is-settur tal-edukazzjoni f’Malta, huwa spjega li permezz ta’ dan il-proġett se jkunu qed jisaħħu l-kapaċitajiet diġitali tal-istudenti Maltin.