Waqt id-diskors tal-baġit il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna stqarr li l-Gvern ser ikun qed jinvesti bies isaħħaħ u jwessa’ l-iskeda nazzjonali tat-tilqim kontra l-mard infettiv.
Ser jitnieda wkoll National Poison Centre għal dawk kollha li jkunu esposti għall-kimiċi tossiċi.
Apparti minn hekk, ser ikun hemm investiment fir-rigward tar-riċerka u ser ikun hemm impenn biex jiġu indirizzati temi ta’ saħħa fosthom id-donazzjoni tal-organi.
Ser jissaħħu wkoll is-servizzi mogħtija f’każ ta’ stupru biex jagħti sapport lill-vittmi involuti.