Fil-Baġit għas-sena d-dieħla se jissokta l-impenn tal-Gvern li jibqa’ jikkontrolla l-pressjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u taċ-ċereali sabiex ikun hemm kontroll fuq l-għoli tal-ħajja u l-ekonomija tkompli tissaħħaħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, qal li sabiex jara li l-inflazzjoni ma tgħollix rasha aktar minn dak li nistgħu nikkontrollaw, l-allokazzjoni għas-sena d-dieħla fil-qasam tal-enerġija u ċ-ċereali, se taqbeż is-€600 miljun. Din tfisser spiża ta’ €70,000 fis-siegħa, u 10 fil-mija tan-nefqa totali annwali tal-Gvern.
Huwa fakkar li, kien minħabba li l-Gvern assorba ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, li l-impatt tal-għoli tal-ħajja s’issa tnaqqas sa fejn hu possibbli.