Wara l-attività politika taħt it-tinda, il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-Boutique Hotel tal-kumpanija Quaint ġewwa Sannat. Din hija t-tielet boutique hotel ta’ din il-kumpanija li qed tinfetaħ fil-gżira Għawdxija. Dan wara li sentejn ilu nfetħet lukanda żgħira ta’ dan it tip fin-Nadur u sena ilu nfetħet oħra fix-Xewkija.
Din il-lukanda żgħira mistennija titlesta sa erba’ ġimgħat oħra u fil-proġett hemm maħsuba seba’ lukandi oħra boutique hotels, li huwa maħsub ukoll li jkompli jespandi f’Malta.
Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li l-kunċett ta’ boutique hotels qed joħloq l-idea ta’ kif iressaq it-turiżmu qrib il-villaġġi u alllura turist jvarja l-ambjent u l-vaganza tiegħu.
Fis-sebgħa u għoxrin jum tal-kampanja sostna li dan l-investiment huwa xhieda ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin u huwa parti mit-turiżmu li qed ninvestu għalih.