- Din id-darba l-kumpanija Nylon Knitting
F’żoni industrijali u fabbriki mxerrda madwar il-pajjiż qed jissokta l-investiment fis-settur tal-manifattura, il-gazzetta KullĦadd żvelat li l-kumpanija Nylon Knitting għaddejja bi proġett ta’ €6.2 miljun.
Dan biex tkompli ssaħħaħ il-manifattura tal-prodotti tagħha f’pajjiżna. Aħbar li ssegwi dawk ta’ De La Rue u Crane Currency, fost oħrajn, li lkoll jikkonfermaw li s-settur tal-manifattura reġa’ sejjer tajjeb u jista’ jimpjega iktar nies.
Nylon Knitting ilha f’pajjiżna minn ftit tas-snin wara li pajjiżna kisbet l-Indipendenza. Il-kumpanija llum tbiegħ l-prodotti tagħha madwar id-dinja u involuta fil-produzzjoni ta’ drapp li jintuża f’applikazzjonijiet industrijali, kif ukoll bħala komponent fil-ħrieqi tat-trabi.
Bil-għan li tibda tesporta l-prodotti tagħha direttament, riċentament il-kumpanija għamlet investiment ta’ erba’ miljun ewro, biex twaqqaf dipartiment tal-irfinar (‘finishing department’). L-investiment jagħmel parti minn proġett li jiswa’ madwar €6.2 miljun, li mistenni jitlesta fl-2018.
Permezz ta’ dan il-proġett il- kumpanija, li f’xi żmien neħħiet ħaddiema li kienu fuq kuntratt, mistennija li żżomm il-219 il-ħaddiema impjegati magħha bħalissa.