Fl-isptar Mater Dei illum il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura Angio Suite ġdida, b’investiment ta’ €1.9 miljun.
Permezz ta’ din il-magna se jkunu jistgħu jsiru dawk li jissejħu ‘intervenetional radiology treatments’ li fil-preżent isiru fl-Ingilterra. Din il-magna tippermetti wkoll li jsir CT scan fl-istess ħin.
Bl-użu ta’ din il-magna tal-aħħar teknoloġija, jingħataw inqas raġġi – kemm lill-pazjent kif ukoll lill-ħaddiema. Barra minn hekk, possibbli wieħed ikun jaf eżattament kemm se jieħu raġġi, f’ħin reali.
60% tal-ispejjeż ta’ din il-magna ġew minn fondi Ewropej, bil-kumplament ġejjin minn fondi tal-istat.