Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Awtorità tal-Artijiet
Il-ftehim se jwassal għal żieda medja ta’ aktar minn erba’ fil-mija fis-salarju għal mija u erbgħin ħaddiem tal-awtorità flimkien ma’ miżuri favur il-familja u benefiċċji oħrajn li jippromwovu s-saħħa tal-ħaddiema u l-investiment fil-progress tal-karriera tagħhom.
Il-ftehim ġie ffirmat mill-ogħla uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità James Piscopo u rapprżentanti tal-General Workers Union.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg feraħ lill-awtorità għal dan il-pass biex il-ħaddiema kollha jkollhom kwalità tal-ħajja aħjar fuq ix-xogħol.
![pr200200a](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2020/02/18153646/pr200200a-585x406.jpg)
![pr200200b](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2020/02/18153641/pr200200b-585x406.jpg)
![pr200200c](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2020/02/18153637/pr200200c-585x406.jpg)
![pr200200d](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2020/02/18153632/pr200200d-585x407.jpg)
![pr200200e](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2020/02/18153627/pr200200e-585x406.jpg)
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Awtorità Chris Agius qal li l-Awtorità qed tinvesti żewġ miljun u tlett mitt elf ewro fin-nies tagħha biex tagħtihom dak li jixraqilhom u fl-istess waqt tiggarantixxi lill-pubbliku serivzz tal-aqwa kwalità.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità James Piscopo qal li l-awtorità qed tara rekord ta’ flus ġġenerati ta’ aktar minn €40 miljun.
Qal li s-sena li għaddiet, inħarġu seba’ darbiet aktar tenders fuq l-2018, u qed issir ħidma fuq sistema ġdida online, b’terminu ta’ żmien imposti mill-Awtorità nfisha, għall-ġid tal-klijent.