B’investiment ta’ mija u tletin elf ewro nbidlu l-ewwel għaxar karozzi tal-Pulizija fid-distretti bil-pjan li jinbdilu erbgħin oħra fix-xhur li ġejjin.
L-Ispettur Jeffrey Scicluna mill-Għassa tal-Belt Valletta, sostna kif karozzi ġodda bl-aħħar teknoloġija jiswew daqs mitqlu deheb fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità. Qal li l-vetturi għandhom bosta funzjonijiet fosthom rondi, rapporti u ġarr ta’ persuni arrestati.
L-Ispettur spjega d-deċiżjoni li l-Korp imur għal karozzi iżgħar minn dawk preċedenti.
Fir-rigward tad-daqs tagħhom wieħed irrid jinnota li dawn mhux dejjem jintużaw f’main roads, imma l-maġġoranza fil-qalba tal-irħula f’ toroq dojoq fejn jien nemmen li dawn se jkunu aktar utli f’manuvrar tal-vetturi
L-Ispettur Scicluna sostna kif l-Għases flimkien mad-distretti implimentaw strateġija li permezz tagħha qegħdin jiġu solvuti iżjed każi ta’ kriminalità permezz ta’ ‘patrols’.
Norganizzaw il-patrol ma jsirx bl-amment. Ikun hemm analiżi tal-istatistika tagħna minnhom jiġu identifikati dawk li ngħidulom hot spots jiġifieri prolemi speċifiċi f’areas u x-xogħol jitqassam, u għandek iktar ċans li taqbad lil xi ħadd fil-fatt
Iżda fuq kollox l-aktar ħaġa importanti qal l-Ispettur Scicluna hi li jiżdied il-kuntatt maċ-ċittadin. Qal li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jiddaħħal il-kunċett ta’ ‘Community Policing’.
Ġew identifikati uffiċjali tal-pulizija fejn xogħolhom se jkun li jagħmlu laqgħat mal-komunità biex nidentifikaw aktar hotspots
Biż-żieda ta’ dawn il-vetturi se tiġi mmodernizzata u msaħħa l-flotta preżenti fil-fergħat kollha tal-Puliziija, mhux biss fid-distretti iżda wkoll fl-iskwadri speċjalizzati.