Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-bini ta’ Dar San Ġuzepp, li hija dar tal-anzjani f’Għajnsielem Għawdex. Huwa proġett b’investiment ta’ sitt miljun ewro li mistenni joffri kura ta’ kwalità lill-anzjani Għawdxin, f’ambjent state of the art, kif spjega l-perit tal-proġett Angelo Portelli.