Il-kumpaniji Acronis, Runa Capital u Parallels habbru l-ftuh ta’ Technology Hub Ewropew. Investiment li bih se tappoggja lil Malta sabiex start-up minn madwar l-Ewropa jibbazaw ruhhom f’pajjizna. Fil-fatt b’investiment li mistenni jkun ta’ madwar €10miljun fi tliet snin, start-ups lokali, se jinghataw l-ghajnuna. Filwaqt li se jkun hemm progetti ohra ta ricerka u zvilupp fil-qasam teknologiku, bil-possibilita li jitwaqqaf R&D centre ghal tenologiji avvanzati fil-protezzjoni tad-data, AI u blockchain. Il-Kap Ezekuttiv tal-grupp ta’ kumpaniji, Serguei Beloussov stqarr li Malta kienet l-ghazla taghhom ghaliex filwaqt li tinsab fl-UE u qrib it-tramuntana tal-Afeika, toffri stabilita, facilita legislattiva, u ghandha pjan nazzjonali fit-teknologija, partikolarment fil-blockchain. Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ dan l-investiment, filwaqt li zied jghid li l-Gvern qed ikompli hidmietu, fejn se jniedi studju dwar ir-regolar u s-supervizjoni f’dak li hu Initial Coin Offering, kif ukoll task force biex pajjizna jattira iktar investiment f’dik li hi t-teknologija tal-Fintech. |