Din is-sena se tkun waħda tajba għall-investiment dirett barrani anki minkejja l-isfidi li ġabet magħhom il-pandemija tal-COVID-19.
Qal, “L-2021 tidher li se tkun tajba daqs l-2020 u l-2019 fejn l-investiment dirett barrani baqa’ ġej u attirajna mas-26 investiment ġdid li huma f’diversi oqsma.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise kompla jispjega li dawn il-proġetti se jwasslu għall-ħolqien ta’ mijiet ta’ impjiegi ta’ kwalità.
Spjega, “Dis-sena biss se nkunu qed noħolqu madwar 948 impjieg ġdid ġewwa Malta.”
F’taħdita ta’ Ernst & Young, il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli qalet li fit-tliet snin li ġejjin hu stmat li jiġi f’Malta qrib is-sitta u erbgħin miljun ewro.
Ftit tal-jiem biss wara li l-kumpanija De La Rue ħabbret pjan t’espansjoni massiċċ fl-operat tagħha f’pajjiżna, Kurt Farrugia spjega li dan ma ġiex b’kumbinazzjoni.
Qal, “Minħabba l-mod ta’ kif il-pandemija ġiet amministrata mill-att ta’ pajjiż, l-att ekonomiku, l-assistenza u anki minħabba li l-fabbriki m’għalqux il-kumpaniji tal-manifattura qed jaraw li hawn futur.”
Sabiex ikompli jinċentiva l-investiment f’pajjiżna, il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise qed jibdel l-iskemi t’għajnuna mogħtija fil-pandemija għal skemi oħra li qed jiġu mnedija.
Spjega, “F’dawn l-aħħar ftit xhur nibdew nnaqqsu ftit ftit l-għajnuna u l-assistenza diretta tal-COVID. Ħa joħorġu aktar ħlasijiet tal-elettriku fil-jiem li ġejjin imma min-naħal-oħra qed noħorġuaktar skemi biex ninċentivaw aktar investimenti.”