Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni dwar filmat li xxerred fuq il-midja soċjali fejn grupp ta’ bouncers jidhru jsawtu raġel fit-triq f’Paceville.
Il-filmat, li ħareġ fuq il-portal Lovin’ Malta, qed jingħad li ttieħed Lejlet l-Ewwel tas-Sena għall-ħabta ta’ nofs il-lejl. Hawnhekk ħamest irġiel, aktarx ħaddiema tas-sigurtà, jidhru jattakkaw u jsawtu lir-raġel brutalment, inkluż b’oġġett simili għal lembuba.
Xhieda li tkellmu mal-Lovin Malta qalu li raw lill-vittma jiġri mill-bouncers qabel twaqqaf u seħħet l-aggressjoni vjolenti.
Għadu mhux magħruf x’wassal għall-inċident, il-kundizzjoni tal-vittma jew jekk il-Pulizija hux diġà identifikat lill-aggressuri.
Filmat: Lovin Malta