L-Uffiċċju għall-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji qal li investigazzjoni mill-Pulizija kkonkludiet li l-allegazjonijiet ta’ abbuż sesswali fil-YMCA rriżultaw li kienu foloz.
Fi stqarrija, intqal li l-Uffiċċju għandu konferma li l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-għaqda YMCA, minn persuna b’identità falza, huma infondati u ma kien hemm ebda każ ta’ fastidju sesswali.
Intqal ukoll li l-allegazzjonijiet kellhom l-ħsieb li jtappnu l-ġid kbir li tagħmel din l-għaqda fis-soċjetà ta’ pajjiżna.
F’investigazzjonijiet irriżulta li l-YMCA għandha sistemi b’saħħithom biex iħarsu lill-vittmi ta’ allegat abbużi sesswali u biex tistabilixxi jekk l-allegazzjonijiet hux minnhom jew le.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji qal li wara li ħarġu dawn l-allegazzjonijiet, kienu infondati, kemm il-Kap Eżekuttiv tal-YMCA kif ukoll l-individwu msemmi fl-ilment reġgħu ħadu l-kariga li kellhom.
L-uffiċċju kkonkluda li dawn l-allegazzjonijiet foloz kellhom l-għan li joħolqu frame-up lejn dawn il-ħaddiema.