Investigazzjoni mill-Arċisqof Malti Charles Scicluna u s-saċerdot Spanjol Jordi Bertomeu wasslet sabiex il-Papa jkeċċi Isqof u 9 saċerdoti jew lajċi mill-Peru.
Dan wara li nqabdu b’abbuż fil-każ ta’ Sodalitium Christianae Vitae u l-fundatur Luis Figari.
Skont l-istqarrija, l-investigaturi tal-Vatikan kixfu abbużi fiżiċi “inkluż b’sadiżmu u vjolenza,” abbużit ta’ setta, abbuż spiritwali, abbużi tal-awtorità, abbużi ekonomiċi fl-amministrazzjoni tal-flus tal-knisja u l-“abbuż fl-eżerċizzju tal-appostolat tal- ġurnaliżmu.”