Il-Forzi Armati ta’ Malta qalet li skont investigazzjoni interna li issa ġiet konkluża, ma ntużawx sustanzi illeċiti jew drogi fil-Barracks ta’ Ħal Far waqt festin.
Fi stqarrija, l-Armata Maltija fakkret ukoll kif riżultati ta’ testijiet tad-droga li saru qabel din l-istess investigazzjoni, l-ebda membru tal-Armata ma nstab li kkonsma d-droga.
L-unika membru li rrifjuta li joqgħod għal dan it-test tkeċċa minnufih mix-xogħol, skont ir-regoli tal-Armata ta’ tolleranza żero fejn jidħol l-użu ta’ sustanzi illegali.
Il-Forzi Armati temmew jgħidu li l-istess inkjesta tefgħet dawl fuq nuqqasijiet żgħar li setgħu saru waqt il-festin, u qalet li se jittieħfu l-passi dixxiplinarji li hemm bżonn.