Il-kumment tal-membru parlamentari Ewropew Janusz Korwin-Mikke ħalla lil bosta mistgħaġbin kif fl-2017, rappreżentant f’wieħed mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hekk kif huwa qal li n-nisa għandhom jitħallsu inqas mill-irġiel għax huma iktar dgħajfa u inqas intelliġenti. Korwin-Mikke huwa politiku eċċentriku fil-Polonja.
Skont il-BBC, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qed jinvestiga jekk l-MPE marx kontra r-regoli tal-istess parlament b’dak li qal.
Dan hekk kif ir-regoli jipprojbixxu lingwaġġ u imġieba malafamanti, razzista u ksenofobika.
Il-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi ħeġġeġ lil Tajani biex jieħu miżuri kontra l-Pollakk tal-kummenti deskritti bħala tal-mistħija.
Il-BBC qal li skont l-uffiċju tal-istampa tal-Parlament Ewropew, il-penali għal din l-imġieba jvarjaw minn twissija għal multa u sospensjoni temporanja.
Dak li qal dan l-aħħar Korwin-Mikke ma kien xejn ġdid għal dawk li jsegwu l-politika mill-viċin.
“Women must earn less than men” ⁉️
In 2017. In the European Parliament. Unbelievable… @IratxeGarper sets this misogynist straight. pic.twitter.com/YOHu684DLg
— S&D Group (@TheProgressives) March 2, 2017