Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjonijiet wara li t-tmexxija tal-Iskola Sekondarja taż-Żejtun innotat oġġett suspettuż li wara azzjonijiet immedjati li ttieħdu, irriżulta li kellu għamla ta’ arma tan-nar u li dan ma kienx reali.
Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-Kap tal-Iskola rrapporta minnufih lill-pulizija u nfetħet investigazzjoni biex jiġi stabbilit x’wassal biex din tkun fl-iskola.
Il-ministeru qal li se jibqa’ jsegwi u jappoġġja lit-tmexxija tal-iskola biex jittieħdu l-passi neċessarji kollha.