Raġel ta’ 51 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet dwar każ ta’ qtil ta’ żewġt iklieb f’Ta’ Sannat, Għawdex. Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li lbieraħ filgħaxija ġiet infurmata dwar dan il-każ.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post, fejn sabu żewġt iklieb tar-razza fox terrier mejta, li possibilment kienu nqatlu b’tiri t’arma tan-nar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minnufih bdew l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, filwaqt li l-klieb ġew elevati minn uffiċjali mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech, li ħatret inkjesta.