Numru ta’ pajjiżi, fosthom l-Amerka u r-Renju Unit għaddejjin b’investigazzjoni sabiex jistabilixxu minfejn beda l-Coronavirus, li affettwa lid-dinja kollha.
Din l-investigazzjoni qed taħseb li ġie b’mod naturali, iżda l-investigazzjoni mhux tagħlaq għajnejha għal kull possibilità. Waħda minn dawn il-possibilitajiet hija li dan il-virus beda minn laboratorju Ċiniż f’Wuhan, li beda jagħmel esperimenti fuq mard li jsoffru l-friefet il-lejl u b’mod aċċidentali dan il-virus spiċċa ttieħed minnu l-bniedem.
Uffiċjal Amerikan li qed jaħdem fuq din l-investigazzjoni qal li din tal-aħħar tista’ tkun possibilità, iżda hija possibilità żgħira.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif dawn il-pajjiżi f’din l-investigazzjoni qed iħarsu lejn kull possibilità, bl-iskop li jsibu minfejn oriġina dan il-virus.
Filwaqt li l-President Amerikan Donald Trump qal li se jagħmel minn kollox biex isib minfejn beda dan il-virus. Is-sitwazzjoni bejn l-Amerka u ċ-Ċina m’hijiex feliċi hekk kif l-Amerka tinsab xettika bin-numru ta’ vittmi li ċ-Ċina rrapurtat matul din il-pandemija.
S’issa l-mod ta’ kif dan il-virus oriġina huwa wieħed misterjuz, għalkemm iċ-Ċinizi qegħdin jgħidu li dan il-virus beda minn suq f’Wuhan.