Il-gwardja tal-kosta Griega qed tkun akkużata li kkawżat il-mewt ta’ għexieren ta’ migranti fil-Mediterran fl-aħħar tliet snin.
Xhieda qed jgħidu li kien hemm disa’ migranti li ġew mitfugħa apposta fil-baħar.
Dawn id-disa’ migranti huma fost erbgħin, li allegatament mietu bħala riżultat li ġew sfurzati ’l barra mill-ibħra territorjali Griegi, jew għax reġgħu nħarġu ’l barra wara li kienu diġà waslu fil-gżejjer Griegi.
Dan joħroġ minn investigazzjoni li saret mill-BBC.
Il-gwardja tal-kosta Griega ċaħdet kull allegazzjoni f’din l-investigazzjoni ta’ attivitajiet illegali.
Il-BBC xandar filmat ta’ persuni li kienu qed jitpoġġew fuq dgħajsa tal-gwardja tal-kosta Griega, li mbagħad ġew abbandunati fuq dinghy minn uffiċjal Grieg tal-gwarda tal-kosta tal-pajjiż.
Il-Gvern Grieg ilu jiġu akkużat b’ritorni sforzati ta’ immigranti, billi jibgħathom lejn it-Turkija minn fejn ikunu qasmu – xi ħaġa li skont il-liġi internazzjonali, hija illegali.