Investigaturi Ġermaniżi qed jaħsbu li Madeleine McCann, it-tifla Ingliża li għebet fil-Portugall tlettax-il sena ilu, tinsab mejta.
Ġermaniż ta’ 43 sena qed jiġi investigat b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-Ġermaniż li huwa priġunier jinsabu suspettat bil-qtil tat-tifla li ddominat l-aħbarijiet għal diversi snin.
Ir-raġel li skont il-midja Ġermaniża jismu Christian B kien b’vann waqt li l-familja McCann kienet fuq btala fil-Portugall.
Jirriżulta li karozza li kienet fuq isem is-suspettat ġiet fuq isem ħaddieħor l-għada tal-għibien tat-tifla.
Il-prosekuturi Ġermaniżi qalu li r-raġel diġà weħel sentenzi fuq abbuż sesswali fuq tfal u għal xi snin ħadem fil-Portugall u kien involut f’każijiet marbuta ma’ serq f’lukandi.
Madeleine McCann kienet għebet f’Mejju tal-elfejn u sebgħa meta ommha u missierha kienu qed jieklu f’restorant viċin u ħallew il-kamra bit-tifla waħidha.
Għal xi żmien il-ġenituri kienu wkoll suspettati.