Il-Prim Ministru Franċiż wissa lin-nies li t-terrur fi Franza se jkompli u li ma jeskludiex li fiż-żmien li ġej dan il-pajjiż jerġa’ jkollu attakk terroristiku. Huwa spjega li t-theddida hija waħda allarmanti u li ta’ kuljum is-servizzi tas-sigurta’ tal-pajjiż qed jisfrattaw attakki terroristiċi.
Manuel Valls, spjega li t-theddida hija allarmanti, hekk kif madwar 15,000 persuna qed ikunu sorveljati għal radikalizzazzjoni, fost dawn 275 huma nisa.
Is-Sibt, tifel ta’ ħmistax-il sena kien arrestat f’daru f’Pariġi fuq suspett li kien qed jippjana attakk fi tmiem il-ġimgħa. L-investigaturi qalu li huwa kien taħt sorveljanza minn April u anke kien f’kuntatt ma’ membru tal-Istat Izlamiku. Il-Prim Ministru spjega kif fost il-15,000 persuna li qed ikunu sorveljati, persentaġġ minnhom huma żgħażagħ.
Franza ilha fi stat t’ emerġenza minn l-attakki tal-istat grupp terroristiku f’Pariġi f’Novembru li għadda, meta inqatlu 130 persuna.