L-Awtorità għall-Ambejnt u l-Ippajanar (ERA) ikkomunikat mal-Pulizija biex jiġi investigat il-każ ta’ ritratt li ttella’ fuq il-Facebook fil-jiem li għaddew, b’Maltin bugħaddasa ma’ shark mejta li qabdu. Il-probabbilità hija li din ix-shark hija tat-tip Short-fin Mako, speċi protetta.
L-ERA, fi stqarrija qalet li qed tikkolabora mal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ. Intant, fl-aħħar jiem, ir-ritratt qajjem reazzjoni ta’ stmerrija fuq is-siti soċjali.