Madwar disgħin fil-mija tal-vouchers tal-mitt ewro intużaw hekk kif fadal biss sal-aħħar ta’ Ottubru biex dawn il-vouchers ħomor u blu jintużaw fil-ħwienet u ristoranti fost oħrajn.
Din l-informazzjoni ħarġet mill-MIMCOL.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li jinsab sodisfatt mir-rispons tal-pubbliku u anke tan-negozji li pparteċipaw fl-iskema li saret bil-għan li tingħata injezzjoni ekonomika ta’ madwar ħamsin miljun ewro fl-ekonomija Maltija.
Il-Ministru Schembri ħeġġeġ lin-nies u lin-negozji biex jgħinu fl-appell għall-użu tal-vouchers sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.