Waqt il-kumpilazzjoni li qed issir fil-qorti, l-espert qal li l-isplussiv seta’ kkawża ħsarat fil-madwar.
Hu kkonkluda li dan kien splussiv militari bhat-TNT fejn intuzaw bejn 300 u 400 gramma ta’ splussiv.
Il-EUROPOL ikkonkludiet li l-bomba kienet immirrata biex toqtol lill-persuna jew inkella tagħmillu ġrieħħi gravi. Dan għaliex il-mewt tal-persuna huwa suġġett għall-pozizzjoni tal-persuna, f’dak il-ħin fil-vettura.
Madankollu huwa kkonkluda li f’ dan il-każ kollox kien intiż għal probabilita ta’ 100% mewt.
Huwa qal kif kieku kien hemm passiġiera oħra fil-karozza kien ikunu suġġetti għal ġrieħi differenti; 50% ta’ ċans ta’ mewt għal minn kien ikun bilqiegħda fuq wara tal-karozza u minn kien ukoll ħdejn il-vettura.