Inċident li Seħħ illum irriżulta f’ ħabta bejn mutur tat-tip Piaggio Vespa li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 45 sena, residenti l-Pieta’ u karozza tal-għamla Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti n-Naxxar. Dan ġara fi Triq Notabile, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.30 tal-Ħamis filgħaxija. Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza b’tim mediku fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
Fuq il-post hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li qed jikkontrollaw it-traffiku li nġema’ minħabba l-inċident.
Fl-istess triq, seħħ inċident ieħor mhux iktar minn 48 siegħa ilu.