L-Armata rrispondiet bi ħġarha għal inizjattiva li rat numru ta’ suldati jirreġistraw biex ikunu donaturi tal-organi.
Biex bil-firem li nġabru u kienu ppreżentati fil-Ministeru tas-Saħħa fil-bidu ta’ ġimgħa ġdida, intlaħqet il-mira li sal-aħħar ta’ din is-sena jkunu minn tal-inqas għaxart’elef, dawk li jirreġistraw bħala donaturi tal-organi.
Wara li din is-sena saru tletin trapjant – numru rekord; issa hemm mija u għaxra li qed jistennew organu, bil-għan li dawn il-pazjenti wkoll jingħataw ħajja ġdida.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fakkar kif il-membri tal-Armata jagħtu għajnuna kontinwa lill-poplu Malti u Għawdxi; u jġorru r-responsabbiltà tas-sigurtà tal-pajjiż.
Għaldaqstant dak li għamlu fl-aħħar xhur huwa ġest nobbli; u juri li l-altruiżmu ta’ dawn l-uffiċjali jmur lil’hinn mill-impjieg uffiċjali tagħhom.