Madwar miljun persuna ġew ikkonfermati pożittivi għall-Coronavirus mill-pajjiżi kollha tad-dinja.
Aktar minn tlieta u ħamsin elf ruħ minn dawn mietu kawża ta’ dan il-virus, filwaqt li madwar wieħed u għoxrin elf ruħ ġew rikoverati.
L-Istati Uniti għadhom fil-quċċata tal-aktar pajjiż li għandu persuni nfettati bil-Covid-19
Fil-Ġermanja baqgħu telgħin ukoll in-numu ta’ mwiet ta’ persuni bil-Covid-19, fejn issa numru ta’ mejta tela’ għal elf u sbatax –il ruħ. In-numru ta’ persuni li huma kkonferamti pożittivi f’dan il-pajjiż tela’ issa għal madwar ħamsa u tmenin elf.
Fi Spanja n-numru ta’ mwiet kompla jiżdied kif fl-aħħar 24 siegħa mietu madwar sitt mitt persuna.
Fl-Italja, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa mietu seba’ mija sitta u sittin persuna li kienu nfettati bil-virus filwaqt li kien hemm aktar minn erba’ t’elef u ħames mitt każ ġdid ta’ Coronavirus.
Ir-rata ta’ mwiet fir-Renju Unit ukoll kompliet tiela’ hekk kif fl-aħħar siegħat mietu madwar 700 persuna. Il-Prinċep Karlu, li wkoll ġie konfermat bħala pożittiv għal-Covid-19 fetaħ sptar apposta għal din is-sitwazzjoni. S’issa fir-Renju Unit saru aktar minn mija u sebgħin elf test li minnhom ħarġu madwar erbgħin elf każ pożittiv. Sfortunatament aktar minn tlett elef u sitt mitt persuna mietu kawża ta’ dan il-virus.
Intant, Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li għadu f’iżolazzjoni minħabba li għad għandu s-sintomi tal-Coronavirus.
Minkejja li għaddiet ġimgħa minn meta Johnson ittestja pożittiv huwa xorta għandu ftit deni.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa appellat lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani sabiex jieħdu aktar miżuri u jiġġieldu aktar l-imxija tal-Covid-19.
F’pajjiżi oħra barra mill-Ewropa fosthom fl-Iran qed ikun hemm rata għolja ta’ infezzjonijiet.