11-il persuna li sfaw vittmi fl-inċident tal-Paqpaqli għall-Istrina lura fl-4 ta’ Ottubru tal-2015 ser jingħataw kumpens finanzjarju.
Kienet karozza sportiva tat-tip Porsche misjuqa mill-miljunarju Ingliż Paul Bailey li dakinhar tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fuq numru ta’ spettaturi.
Il-kumpens ser ikun qed jitħallas mill-kumpanija tal-assigurazzjoni li kopriet l-avveniment flimkien mal-Gvern.
Kelliem għall-Uffiċċju tal-President qal li l-Eċċellenza tagħha qalet li l-ebda ammont ta’ flus m’hu ser jagħmel tajjeb għat-tbatija li ġarrbu dawn il-vittmi, u tittama li l-kumpens jgħin biex itaffi ftit minn din it-tbatija.
Il-kumpens lill-vittmi ma’ għandu l-ebda effett fuq il-kawża kriminali li għadha qed tinstema’ mill-Qorti Kriminali.