U f’dan iż-żmen ta’ festi ma jonqosx li f’dawn il-ġranet wieħed jiċċelebra l-festi mal-qraba u l-ħbieb.
Għal dan il-għan il-Korp tal-Pulizija kompla bil-kampanja, li tħeġġeġ persuni biex ma jsuqux jekk se jixorbu.
Filwaqt li l-Korp tal-Pulizija qal li f’dawn il-jiem, qed isaħħaħ ukoll il-preżenza fit-toroq permezz tal-kontrolli tat-traffiku, biex jipprevjenu kemm jista’ jkun inċidenti serji, nieda wkoll filmat qasir bħala parti mill-kampanja ta’ prevenzjoni kontra x-xorb u s-sewqan.
Insegwu dan il-filmat qasir.