Għat-tielet sena nfila, DHL Express, bl-għajnuna tal-Phoenix Sports Club, qegħdin jorganizzaw Ġibda tal-Ajruplan (Plane Pull Malta), biex jinġabru fondi din is-sena għall-Fondazzjoni Puttinu Cares.
Plane Pull Malta 3 se ssir nhar il-Erbgħa, 21 ta’ Settembru, 2016, mill-10.30 a.m. sal-4 p.m. fil-Park tal-Avjazzjoni ta’ Ħal Safi (Gate 8). Kull m’għandek tagħmel biex tieħu sehem f’Plane Pull Malta – kemm individwalment jew bħala grupp/tim – hu li tniżżel il-formola minn fuq il-paġna tal-Facebook Plane Pull Malta, timliha u ġġibha miegħek dakinhar. Inkella, biex tibbukkja l-ħin tal-għażla tiegħek, tista’ tibgħat il-formola mimlija lil info@psc.com.mt.
F’din l-isfida tista’ li tiġbed ajruplan DHL Express Boeing 757-200 Freighter, li tiżen madwar 60 tunnellata, distanza ta’ 20 metru fl-inqas ħin possibbli. L-aħjar ħin tas-sena l-oħra kien dak tat-23 impjegat ta’ V. Spiteri & Sons b’ħin ta’ 19.84 sekondi.