Il-Prim Ministru Malti, Robert Abela, kiteb messaġġ ta’ ringrazzjament lill-eluf ta’ infermiera u qwiebel li kienu hemm għan-nazzjon Malti waqt żminijiet diffiċli.
Spjega kif din kienet sena oħra ta’ servizz mill-aqwa li ngħata bl-akbar dedikazzjoni.
Hu saħaq kif l-infermiera u l-qwiebel huma l-eroj tagħna lkoll u kif il-ħidma li wettqu hi waħda li se titnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna.