Il-ġurnalist mill-Belarus Roman Protasevich, li kien arrestat f’Minsk wara li ajruplan tar-Ryanair kien ġie mġiegħel jinżel fil-Belarus waqt titjijra mill-Greċja għal-Litwanja, kien intervistat fuq it-televiżjoni tal-istat.
Waqt l-intervista huwa deher imbikkem filwaqt li stqarr li hu kien organizza protesti kontra l-Gvern u faħħar lill-President Alexander Lukashenko.
Il-familja tal-ġurnalist qalu illi l-intervista saret taħt pressjoni u għalhekk ingħataw x’jifhmu li l-Protasevich ġie mġiegħel għal darb’oħra ilissen dak li ntqal waqt l-intervista.