ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Gozo Pops & Rocks 2025: Ċelebrazzjoni ta’ mużika, kultura u komunità f’Għawdex

      17 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Għaddej xogħol biex ir-residenti ta’ Marsaxlokk igawdu minn servizz aħjar tad-dawl u…

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Mhux minnu li uffiċjali għolja Libjani ġew f’Malta

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Taħditiet ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna jintemmu f’inqas minn sagħtejn bi…

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Disgħa jinqatlu f’attakk Russu bid-drone fuq xarabank fl-Ukrajna

      17 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

Intervista ma’ Joseph Muscat; Lejn l-Aqwa Żmien

minn ONE News 28 ta' Mejju 2017
minn ONE News 28 ta' Mejju 2017

Ftit jiem biss qabel il-poplu jmur jivvota fl-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem mal-gazzetta KullĦadd dwar id-deċiżjoni li jsejjaħ elezzjoni għat-3 ta’ Ġunju, il-kampanja elettorali sa issa u l-proposti ewlenin għal-leġiżlatura li jmiss li għandu l-iktar għal qalbu. Din hi l-intervista li dehret dalgħodu. 

Il-mistoqsija li dwiet madwar il-gżira fit-2 ta’ Mejju kienet: Għalfejn kien hemm bżonn elezzjoni bikrija? Għaliex waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea?  Għaliex ma stennejtx l-eżitu tal-inkjesta maġisterjali?

Għaliex għalija, l-interess nazzjonali jiġi l-ewwel u qabel kollox. Li kieku ħarist lejn l-interessi tiegħi u tal-Partit Laburista, kont nistenna l-inkjesta toħroġ u tikkonferma li l-allegazzjoni Egrant hija l-akbar kalunja fl-istorja politika Maltija. Iżda bħala Prim Ministru, l-ewwel irrid inħares l-interessi tal-familji, in-negozji, il-ħaddiema u l-ekonomija b’saħħitha tagħna. Dmiri huwa li nsalva dak li bnejna flimkien u ma nħallix min jagħmel aktar ħsara għall-fini politiċi mill-aktar irresponsabbli. B’idi fuq il-kuxjenza, naf li ħadt l-aħjar deċiżjoni fl-interess nazzjonali u b’serenità ninsab konvint li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej.

B’mod konsistenti sħaqt li jekk tinstab xrara li tindika xi tip t’involviment tiegħek jew ta’ familtek fil-każ Egrant inti twarrab immedjatament. Mistoqsija leġittima li għamlu bosta kienet dik li għaliex ma ħadtx l-istess tip t’azzjoni ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. X’inhi t-tweġiba tiegħek lil dawk kollha ta’ rieda tajba li qegħdin jagħmlulek din il-mistoqsija.

Il-pożizzjoni tiegħi hi ċara u qed nerġa’ nisħaq li toħroġ meta toħroġ l-inkjesta, jekk din issib xi ħaġa fil-konfront tiegħi jien nirriżenja immedjatament.   Dan ngħidu b’serenità kbira għaliex naf li jien qed ngħid il-verità assoluta u xejn inqas. Iżda jekk jinstab, kif jien konvint li se jinstab, li din kienet kalunja li rikeb fuqha Simon Busuttil, Busuttil ikollu jġorr ir-responsabbiltà politika u jwarrab, tkun xi tkun il-pożizzjoni tiegħu.

Fil-każ tiegħi d-differenza netta hi li jekk jinstab xi ħaġa, din ma kinitx iddikjarata u għaldaqstant inkun inqast mill-obbligi tiegħi. Dwar Konrad u Keith, jien naf li ħallast il-prezz għad-deċiżjonijiet tiegħi iżda naf ukoll li dawn kienu fl-interess nazzjonali biex pajjiżna jibqa’ miexi fit-triq tas-suċċess.

Meta saffart is-suffara, kulħadd kien qed jistenna l-Oppożizzjoni toħroġ il-kanuni elettorali wara li għamlet l-aħħar sentejn tħambaq li startjat il-magni. Iżda għal darb’oħra, rajna l-Partit Laburista lest għat-tiġrija u l-Partit Nazzjonalista maħsud u evidentament mhux preparat. Saħansitra osservaturi nnotaw kif irnexxielek tiġbed it-tapit minn taħt saqajn Busuttil. Taqbel ma’ din l-osservazzjoni?

Għall-Partit Nazzjonalista ma nistax nitkellem, però nemmen li l-poplu kapaċi jasal għal konklużjonijiet tiegħu. Nista’ nitkellem biss għall-moviment mibni madwar il-Partit Laburista, u l-viżjoni tiegħu biex flimkien ngħixu l-ħolma Maltija. Konna lesti għaliex bdejna naħdmu għal dan il-mument mill-ewwel ġurnata ta’ din l-amministrazzjoni. Kull miżura li wettaqna kienet parti mis-sisien sodi li bnejna biex illum deħlin għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Il-pjan tagħna hu ċar u costed. Min-naħa l-oħra għandek koalizzjoni ta’ konfużjoni li lanqas biss qed taqbel fuq il-proposti tagħha, u wisq anqas hi kapaċi tiġġustifika l-kalkoli żbaljati tagħha. Għalhekk l-appell tagħna biex mhux biss ma niqfux nofs triq, iżda ma nreġġgħux l-arloġġ lura.

Il-manifest elettorali tal-Moviment Laburista hu wieħed ħolistiku li jaħseb f’kulħadd. Iżda li kieku kellek tagħżel l-aktar miżuri għal qalbek mill-manifest elettorali, liema jkunu?

Pajjiżna llum jinsab ekonomikament b’saħħtu, u issa rridu naraw li l-ġid verament jasal għand kulħadd. Qed nipproponu miżuri li ser ikomplu joħorġu n-nies mill-faqar, bħaż-żieda fil-paga minima, għall-ewwel darba f’25 sena,  inkomplu nżidu l-pensjonijiet, u nżidu l-allowance tad-diżabilità daqs il-paga minima. Dan ser ikun il-pass illi jmiss.

Lil hinn mill-proposti elettorali, liema tara li hi l-akbar sfida għall-Prim Ministru li se jitla’ t-taraġ ta’ Kastilja nhar il-5 ta’ Ġunju 2017?

Wara t-3 ta’ Ġunju se jkun hemm Prim Ministru. Dan irid jerġa’ jġib is-sens ta’ għaqda, fejn irridu naħdmu bħala poplu wieħed biex il-pajjiż jirnexxi. Aħna lkoll Maltin fl-aħħar mill-aħħar u għalhekk il-politika ma tridx tkun mezz ta’ firda iżda mezz ta’ kif ser insaħħu pajjiżna.

Biex tmexxi l-pajjiż trid tkun tħobb lil pajjiżek. Frażi li issa saret sinonima miegħek u ma’ din il-kampanja elettorali. Lil hinn mir-rettorika politika, x’inhu l-messaġġ li trid twassal b’din il-frażi b’saħħitha?

Ma tistax taspira li tmexxi pajjiż meta f’nifs wieħed tgħid li tagħżel Malta u f’nifs ieħor tiġri ’l barra minn Malta biex tħammeġ isimha. Dak li assistejna għalih fl-aħħar xhur u ġimgħat hu sintomu ċar ta’ kap tal-Oppożizzjoni għami bil-kilba għall-poter. L-elezzjoni tgħaddi u jkun min ikun fil-Gvern irid jiffaċċja l-konsegwenzi tal-attakki insensati ta’ Simon Busuttil. Għaliex attakk fuqi huwa attakk fuq l-ekonomija, l-impjiegi, u l-għajxien tal-familji tagħna. Għalhekk huwa kruċjali li fit-3 ta’ Ġunju jintbagħat messaġġ ċar. Messaġġ b’saħħtu ta’ poplu magħqud li lest biex jgħix il-ħolma Maltija.

F’diversi okkażjonijiet Simon Busuttil tenna li l-poplu m’għandux jagħżel bejnu u bejnek, u lanqas fuq il-proposti taż-żewġ partiti. Fi kliemu, l-elettorat għandu jivvota fuq il-prinċipji. X’inhi r-reazzjoni tiegħek għal dan?

Simon Busuttil għandu problema għaliex minn kliemu jidher li qed jibża’ mill-ġudizzju tal-poplu. Lil hinn mill-kliem fieragħ tal-kap tal-Oppożizzjoni, l-għada tal-elezzjoni se jkollna Prim Ministru. Jgħid x’jgħid Simon Busuttil, l-għażla li l-poplu jrid jagħmel hi jekk iridx lili nkompli mmexxi lil dan il-pajjiż ’il quddiem, jew inkella jridx lil Simon Busuttil imexxi koalizzjoni ta’ konfużjoni li hi garanzija t’instabbiltà.

Dwar il-prinċipji, Simon Busuttil mhux jagħraf li dawn ma tistax tifridhom mill-proposti għall-konvenjenza politika. Il-proposti tagħna huma msejsa fuq erba’ prinċipji sodi li ser iwassluna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Proprju, il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali li jwassal għall-prinċipju tal-mobbiltà soċjali, l-għaqda u l-ugwaljanza. Għall-kuntrarju, hija biss il-mibegħda lejja li qed tigwida l-koalizzjoni tal-konfużjoni. Mibegħda li qed tkompli ssaħħaħ lil dan il-moviment u li timlina b’kuraġġ biex nersqu għall-ġudizzju tal-poplu b’wiċċna minn quddiem.

Minn tinda għall-oħra, minn distrett għall-ieħor. Lil hinn mill-perspettiva politika, kampanja elettorali hija sfida kbira għal kull min hu involut, l-aktar għalik li ma tistax tieqaf minuta. Xi tfisser li tmexxi kampanja elettorali daqstant attiva? X’inhuma l-akbar sfidi, u fuq kollox l-isbaħ mumenti li se tibqa’ tgħożż minn din il-kampanja?

L-aktar ħaġa li ngħożż hija l-kuntatt dirett li jkolli man-nies kemm dawk li jaqsmu l-esperjenza tagħhom miegħi u l-esperjenzi ta’ dawk li għamilnielhom differenza f’ħajjithom. L-isfida tibqa’ li nkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ aktar persuni.

Meta tħares lura lejn Marzu 2013, għandek xi dispjaċir, u hemm xi ħaġa li kont tagħmel differenti?

Naħseb aktar milli dispjaċiri aktar kont nagħmel xi affarijiet differenti bħal per eżempju tant kemm xtaqt nibda nwettaq il-programm tagħna, li f’okkażjonijiet għaġġilna u ma fhimniex biżżejjed il-makkinarju ta’ kif jaħdem il-Gvern. Ovvjament mill-iżbalji titgħallem u l-importanti huwa li tirrikonixxi fejn żbaljajt u timxi ’l quddiem b’dak li tkun tgħallimt.

Fuq kollox, dan il-Gvern irnexxielu jisboq l-aspettattivi fuq diversi oqsma. L-ewwel surplus f’35 sena, l-inqas qgħad, l-iktar rata ta’ nisa jaħdmu, inqas waiting lists, mediċini in stock, aktar libertajiet ċivili, riforma fl-edukazzjoni, eċċ…Iżda x’inhi l-aktar kisba li tagħmlek kburi bħala Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż?

L-akbar kisba li jien kburi biha hija meta tajna d-drittijiet ċivili lill-koppji LGBTIQ. Permezz ta’ din il-liġi aħna tajna lura d-dinjità lil dawn il-koppji biex jgħixu ħajja normali, f’soċjetà moderna u progressiva. Iva kburi li pajjiżna llum jinsab ta’ quddiem nett u huwa ta’ eżempju għal pajjiżi oħra f’dan il-qasam.

Din hija t-tieni kampanja elettorali tiegħek bħala mexxej tal-Partit Laburista. X’inhuma d-differenzi li qed tara bejn Malta Tagħna Lkoll u L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna?

Malta tagħna lkoll kien il-bidu ta’ proġett ambizzjuz għal pajjizna. Illum kulħadd konxju mit-tibdiliet li saru u mir-riżultati li nkisbu f’dawn l-aħħar erba’ snin.  Illum ninsabu nofs triq biex lil pajjiżna ntuh dik il-qabża ta’ kwalità, u l-Aħjar Żmien ta’ Pajjiżna huwa rikonoxximent ta’ fejn ninsabu u fejn irridu naslu bħala pajjiż fejn kulħadd għandu l-potenzjal biex jimraħ aktar.

Huma bosta dawk li għal xi raġuni jew oħra għadhom mhux deċiżi dwar il-vot tagħhom, b’uħud saħansitra jsostnu li ma jridux jivvotaw. X’inhu l-messaġġ tiegħek lil dawn il-votanti?

Il-messaġġ tiegħi hu wieħed ċar. Naf li hemm min hu mweġġa’ għaliex stenna aħjar. Hemm ukoll min hu ġenwinament diżappuntat għaliex ma nqediex. Kulħadd il-polz tiegħu jħoss, iżda lil dawn il-persuni nassigurahom li ma nsejthomx. Għamilna ħafna f’erba’ snin, iżda ċertament li ma rnexxilniex nsewwu l-inġustizzji kollha ta’ 25 sena ta’ gvernijiet Nazzjonalisti.

Ħaġa waħda hi ċerta, il-Partit Laburista jżomm kelmtu. Bil-Partit Nazzjonalista tibqa’ ssofri l-inġustizzji għaliex min ħoloq il-problemi ma jistax ikun fdat biex isolvihom. U jekk xi kandidat tal-Partit Laburista daħaq bik, ibdel il-kandidat iżda mhux il-partit. Għaliex kwalunkwe astenzjoni jew vot lil xi partit ieħor huwa vot favur Simon Busuttil u l-koalizzjoni tal-konfużjoni. Ma nistgħux nieqfu nofs triq, u huwa biss il-Moviment Laburista li jista’ jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

TAGS INTERVISTAJoseph Muscat
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Gozo Pops & Rocks 2025: Ċelebrazzjoni ta’ mużika, kultura u komunità f’Għawdex

    17 ta' Mejju 2025
  • Għaddej xogħol biex ir-residenti ta’ Marsaxlokk igawdu minn servizz aħjar tad-dawl u l-ilma 

    17 ta' Mejju 2025
  • Mhux minnu li uffiċjali għolja Libjani ġew f’Malta

    17 ta' Mejju 2025
  • Taħditiet ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna jintemmu f’inqas minn sagħtejn bi ftehim ta’ tpartit ta’ priġunieri

    17 ta' Mejju 2025
  • Disgħa jinqatlu f’attakk Russu bid-drone fuq xarabank fl-Ukrajna

    17 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept