L-eks Ministru, Leo Brincat, huwa sodisfatt bil-vot tal-Kumitat tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea li qed jirrakkomanda li jkun approvat bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Brincat, esprima l-ħsibijiet tiegħu f’intervista ma’ ONE NEWS li matulha rrifletta wkoll dwar uħud mid-deċiżjonijiet li ħa fi 30 sena karriera politika f’pajjiżna. Qal li issa ma jridx iħares lura.