Minkejja l-maltemp li ddomina l-jum, tifel u ommu rnexxielhom jaslu fil-ħin biex huwa jkun jista’ jieħu l-kura meħtieġa kontra l-leukemia.
Dan bis-saħħa ta’ intervent ta’ membru tal-Pulizija, li għenhom jaslu l-isptar għaliex kienu maqbudin fil-maltempatam li laqtet lill-gżejjer Maltin, dalgħodu.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali rringrazzjaw lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Pulizija, tal-Forzi Armati Maltin, lill-membri ta’ Transport Malta u lil kull min b’xi mod għen biex tkun ikkontrollata s-sitwazzjoni li nħolqot, kawża ta’ din il-maltempata.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/25165356/WhatsApp-Image-2021-11-25-at-4.18.19-PM-577x1024.jpeg)