Ilbieraħ membri tal-USAR u l-istazzjon tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili salvaw kelb tar-razza Husky f’Wied Babu ż-Żurrieq.
Dan wara li ntalbet l-assistenza tagħhom.
Wara li ġie salvat il-kelb li kien midrub ittieħed għal aktar kura fl-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali.
Huwa qed jiġi kkurat mill-membri tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali.
Ritratt: Civil Protection Malta/ Facebook