Wara l-konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ mill-Oppożizzjoni, reġa’ ħareġ biċ-ċar kemm l-Oppożizzjoni hija inkonsistenti fl-argumenti tagħha. Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru.
L-istqarrija tkompli tgħid li nhar il-Ħadd li għadda, l-Oppożizzjoni ivvintat li l-Prim Ministru intervjena biex ma jidħolx il-Floating Storage Unit f’Marsaxlokk. Illum l-Oppożizzjoni ħarġet tivvinta li l-Floating Storage Unit jaf għandu problem tekniċi.
Il-Gvern dejjem kien ċar li l-Floating Storage Unit irid jagħmel perjodu ta’ provi fil-baħar qabel jiġi rmunkat fil-Port ta’ Marsaxlokk. “L-Oppożizzjoni interessata biss li tħarref u tigdeb dwar dan il-proġett” ittemm tgħid l-istqarrija.